Last Update: Il-Milied u s-Sena t-tajba lill-Kulhadd

Sant’ Anton Abbati

Nhar il-Ħadd 11 ta’ Jannar 2009 fid-9.30 am. Il-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam tieħu sehem fil-Festa Tradizzjonali ta’ Sant’ Anton Abbati. Iċċelebrata ta’ kull sena fil-Knisja tal-Patrijiet Agostinjani.

Kunċert Epifanija 2009

Il-bieraħ 4 ta’ Jannar 2009, Solennita tal-Epifanija tal-Mulej, ġewwa l-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Għar. Sar il-Kunċert Tradizzjonali tal-Epifanija imtellgħa mill-Kunsill Lokali Rabat. Din is-Sena kien imiss il-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam li tiżvolġi programm ta’ Mużika Sagra magħżul għal-okkażjoni. Mal-Banda L’Isle Adam ħadu sehem il-Kor Marija Assunta tal-Paroċċa ta’ Ħ’ Attard u s-Sopran Karen Camilleri li kollha wettqu l-parti tagħhom b’mod eċċelenti. Qabel beda l-Kunċert il-Gwardjan Patri Pawl Galea OFM bierek strument ġdid fjamant li iżanżan propju waqt dan il-Kunċert tal-Bandist Karl Giusti. Fost ix-xogħolijiet li indaqqu insibu l-Overture Messiah ta’ G. F. Hendel u Jesus of Nazzareth ta’ Ch. Gounod. F’dan il-Kunċert ftakkret ukoll is-Sena Pawlina li issa wasalna f’nofsha permezz tal-Antifona ġdida Sancte Paule Appostole ta’ Mro. Joseph Galea. Tfakkar ukoll għeluq il-500 Sena min meta l-Jum għażiż tad-19 ta’ Marzu beda jiġi iċċelebrat bħala Solennita f’Malta. Hawnhekk indaqq l-Innu San Guzepp magħruf magħna l-Ġużeppini bħala l-Innu l-Kbir. Dan l-innu intlaqa tajjeb ħafna mill-udjenza preżenti li fi tmiem tiegħu infexxet iċapċap.

Għall-aħħar parti fejn indaqqu tlett għanjiet tradizzjonali tal-Milied ingħaqdu mal-Banda u l-Kor l-udjenza numeruza li attendiet u l-Orgni ġdid fjamant tal-Knisja tad-Dumnikani. Il-Kunċert għalaq bl-Innu tal-Madonna tal-Għar.

Għal-darb’oħra nerġgħu ngħidu prosit lis-Surmast Rabti Joseph Galea, lil Bandisti tagħna, il-Kor Marija Assunta u s-Sopran Karen Camilleri li flimkien tawna Programm tal-għola livell.

Seba' Erbghat f'gieh San Guzepp

Kull nhar ta’ Erbgha matul dawn is-Seba’ erbghat fil-5.30 pm jinghad ir-Ruzarju, Kurnalla u Talba lil San Guzepp. Fis-6.00 pm Celebrazzjoni tal-quddiesa bl-Omelija u wara jsir kant tal-Antifona u Celebrazzjoni Ewkaristika....Aktar Detall

Pasta Night

Nhar il-Erbgha 21 ta’ Jannar 2009 mis-7.30 ‘il quddiem. Is-Sezzjoni Zghazagh tal-Ghaqda Muzikali L’Isle Adam ser torganizza Pasta Night fl-okkazjoni tal-Ewwel Erbgha bi thejjija ghal festa ta’ San Guzepp. Il-biljetti jinkisbu mil-bar tal-kazin. Prezz Euro 8.25

Party Kbir tal-Aħħar tas-Sena