Sezzjoni Żgħażagħ

Arma Sezzjoni ZghazaghIs-Sezzjoni Żgħażagħ Għaqda Mużikali L'Isle Adam twaqqfet f'Settembru 2006 u hija l-Ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda fir-Rabat. L-għan ta' din is-Sezzjoni huwa li tiġbed iż-żgħażagħ lejn il-Każin L'Isle Adam u lejn il-Komunita Ġużeppina, fejn isibu ambjent b'saħtu ħieles mill-vizzji. Skop ieħor ta' din is-Sezzjoni huwa li torganiżża attivitajiet varji għal kulħadd. F'dawn l-aħħar snin is-Sezzjoni Żgħażagħ wettqet diversi proġetti kbar fi ħdan il-Każin bħal Arblu li gie mżanżan għal fuq il-maħżen il-ġdid kif ukoll Bandiera ġdida bl-arma tas-Soċjeta regalata mill-istess Sezzjoni f'għeluq il-150 Sena mit-twaqqif tal-Banda Dekana L'Isle Adam 1860-2010.

 

Għal aktar tagħrif tistgħu jżuru www.zghazaghlisleadam.webs.com

 

Kumitat Sezzjoni Zghazagh

 

Chairperson:
Dominic Chetcuti
Ass. Chairperson:
Roberta Sultana
Segretarja:
Susan Deguara
Ass. Segretarju:
Matthew Chetcuti
Kaxxier:
Adrian Zahra
Ass. Kaxxiera:
Amanda Ciantar
Membri:
Jeremy Debono
Daniel Mifsud