| L-Impenn tal-Banda f’Jum is-Solennita’ |
|---|
Nhar id-19 ta’ Marzu Jum is-Solennita’ ta’ San Ġużepp il-banda tibda l-impenn tagħha fit-8.30 a.m. fejn tagħti merħba b’diversi marċi brijjużi lil W.R Kapitlu Metropolitan tal-Imdina li jiġi proċessjonalment mill-Katidral tal-Imdina għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’.
Fis-1.00pm Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam, li jibda minn taħt l-Ark Trijonfali fi Triq Pawl u jgħaddi minn dawn it-toroq: Il-Patrijiet, Bir il-Ljun, San Martin, Doni l-Qadima, Wesgħa tal-Mużew, Doni, San Bartilmew, Zondadari, Santu Wistin, Pjazza L’Isle Adam, San Ġużepp, fejn il-Marċ jiġi fit-tmiem tiegħu quddiem il-Każin fost il-ferħ u l-kant tal-Innijiet Ġużeppini. |
| Mur Lura |
|---|