Text Box: FESTA TA' SAN GUZEPP
Fost il-festi li jigu ccelebrati fil-lokal taghna tar-Rabat wiehed ma jistax ma jsemmix il-festa tant popolari fost dawn il-gzejjer: dik ta’ San Guzepp. Din il-festa ilha tigi celebratha f’dan il-lokal ghal aktar minn 500 sena. Fill-fatt insibu li fl-1508 kienet diga` ssir din il-festa.
Fir-Rabat ghandna mwaqqfa l-eqdem fratellanza ta’ Malta din hi l-Arcikonfraternita ta’ San Guzepp. Il-festa ta’ San Guzepp tar-Rabat min dejjem kellha popolarita` anke minn awtoritajiet kemm governattivi kif ukoll ekklezjastici. Hawnhekk nixtieq naghmel referenza ghal meta l-jum tad-19 ta’ Marzu kien mitlub li jkun jum ta’ Festa kmandata. Dan sar fl-istess sena msemmija aktar `il fuq meta il-Kapitlu tal-Katidral flimkien mall-gurati ta’ l-Imdina ddikjaraw il-jum tad-19 ta’ Marzu bhala festa pubblika. Dan sar bosta snin qabel li l-Knisja Kattolika ddikkjarat lil San Guzepp bhala Patrun tal-Knisja Universali. Il-festa ta’ San Guzepp minn dejjem kienet ghal qalb il-poplu Rabti u dan narawh mill-bosta tezori li nsibu jzejnu lis-Santwarju u l-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Gesu`. Ghal jiem tal-festa ta’ San Guzepp wiehed ghandu jsib Knisja armata b’damask mill-ifjen maghruf bhala tal-Palma, linef tal-hgieg tal-murano li huma prezzjuzi hafna, ventartali tal-fidda fosthom dak ta’ artal maggur li d-disinjatur tieghu huwa Abraham Gatt u bosta tezori ohra. Pero` fost dawn it-tezori ma nistghux ma nsemmux l-istatwa ta’ San Guzepp li tinhareg ta’ kull sena fil-purcissjoni. Id-disinn taghha sar mill-iskultur Ruman Luigi Fontana u giet mahduma gewwa Marsilja. Din waslet Malta fl-1890 u giet regalata lill-Arcikonfraternita` mill-Kan. Paolo Pullicino li kien benefattur kbir ta’ din l-imsemmija Arcikonfraternita`. Pero` r-Rabtin urew kemm veru ghandhom ghal qalbhom dan il-qaddis meta fl-1 ta’ Mejju 1963 tpoggew zewg kuruni tad-deheb u hagar prezzjuz migbura mill-poplu Rabti. Din kienet saret fuq il-fossos tal-Furjana b’digriet moghti mill-Q.T. il-Papa Piju XII.
Il-festi ta’ barra wkoll minn dejjem kienu meqjusa mill-aqwa. L-armar tat-toroq hu wiehed artistiku. Nsibu xoghol ta’ whud mill-awqa artisti li kellna f’pajjizna fosthom Karlu Darmanin, Anglu Mallia, Wistin Camilleri, Carmelo Tonna u ohrajn. Sal-llum stess bosta armar antik ghadu jigi armat fosthom insemmu zewg pilandri kbar ta’ hdejn il-knisja, l-ark trijonfali li hu artistiku hafna, sett statwi mill-isbah u l-bqija. 
F’din il-festa taghti sehem attiv hafna il-Banda L’Isle Adam li sa mit-twaqqif taghha fl-1860 dejjem hadet sehem. Din il-banda tferrah it-toroq tal-madwar b’marci brijjuzi u anke Palazzo Xara s-sede ta’ din il-Banda jkun imzejjen bil-libsa tal-festa. Dan il-Kazin hu mimli wkoll b’opri t’arti u meqjus bhala wiehed mill-isbah kazini ta’ Malta.
Element iehor fil-festa ta’ San Guzepp huwa l-loghob tan-nar. Hawnhekk taghti sehemha l-Ghaqda tan-nar 19 ta’ Marzu li ghandha  l-fabbrika taghha gewwa Bingemma limiti tar-Rabat. Jinhadmu diversi murtali tal-bomba u anke dawk tal-kulur u bosta loghob iehor tan-nar.
Mela kif rajna l-festa ta’ San Guzepp ghalkemm ilha tigi ccelebrata ghal aktar minn 500 sena ghadha tgawdi popolarita` kbira f’dawn il-gzejjer u taghmel unur kemm lil min jorganizzaha u anke bhala poplu Rabti.