Banda 2009

Il-Banda L’Isle Adam twaqqfet uffiċjalment fir-Rabat tal-Imdina fl-1860 minn Mro. Indri Borg, bl-iskop li xxerred it-tagħlim tal-Mużika, tieħu sehem u tkabbar il-Festa tal-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp, Patrun tagħha, nhar id-19 ta’ Marzu ta’ kull sena, kif ukoll fil-Ġimgħa l-Kbira u l-Imnarja: Tliet Festi Antiki u Pubbliċi f’Malta. Matul il-150 sena li ilha mwaqqfa l-Banda L’Isle Adam qatt ma sabet ruħha f’ħalq il-mewt bħal ħafna Baned oħra, iżda baqgħet mixja minn suċċess għal ieħor. Mexxewha l-aqwa mużiċisti Maltin, li kkontribwew mhux ftit biex l-isem tal-Banda L’Isle Adam jibqa’ fil-quċċata fost il-Baned Maltin.

 

Issa li l-Banda Dekana L’Isle Adam tgħodd 150 Sena nawgurawlha ħafna aktar snin ta’ suċċess aktar milli diġa kisbet.

 

Awguri u AD MULTOS ANNOS!